Poeżija

Tħeġġiġa lill-Kittibin

 

‘Il quddiem, O wlied il-Gżira!

Ħeġġu l-poplu biex isir

dak li qatt ma kien fl-imgħoddi

għajr l-imgħakkes, ħlief l-ilsir!

 

Iktbu dejjem, għallmu l-poplu,

Ulied Malta kittibin:

uru t-triq lill-poplu fqajjar

sabiex le nibqgħu mjassrin.

 

Aqbdu tkellmu minn kull għoli

b’dik il-kelma kollha nar!

Xejn la tibżgħu: aqbdu l-armi

minn tal-pinna u l-klamar.

 

B’dak li tafu għallmu l-poplu;

uruh dejjem fiex jinsab:

jekk mhux issa meta, ‘mmela,

meta nkunu taħt it-trab?

 

Żmien il-jasar tar u spiċċa:

floku dieħel il-ħelsien!

Ej’ niftħulu l-ibwieb beraħ

ħalli jidħol bla dewmien.

 

Dam il-Malti wisq ma ntebaħ,

u f’għajb waħxi bosta dam:

iżda llum iż-żmien daħallu,

u fuq qaddu donnu qam!

 

Bosta kienu dawk l-għedewwa

li għal żmien marru jassruh;

iżda minnu fl-aħħar x’riedu,

li fit-triq jibdew jgħallquh?

 

Imma le, għaliex hekk ġara,

f’kull pajjiż saret kefrija

sa ma l-Kotra mbagħad intebħet,

fis ingħaqdet għalanija.

 

Qamet titlob dak l’hu tagħha,

għad li damet bosta snin:

imma fl-aħħar il-Ħaqq għaleb,

bħalma ġara mal-Maltin!

 

Kunu xebh, O l-aħwa, mela,

ta’ dik Artkom dawk l-iswar,

għax jekk le, l-għadu jirbaħkom,

u jitfagħkom ġewwa n-nar!

 

Uri, poplu, li trid tifhem,

trid tintebaħ fiex tinsab:

uri, poplu, li trid tirbaħ

lill-għedewwa, kollhom sħab!

 

U int ikollok ħbieb mexxejja

li jwarrbuk kull waqt, kull ħin,

mid-daqqiet li għal fuq dahrek

neżlin dlonk mill-argużin!

 

Juann Mamo

Il Cotra, 7 ta’ Awwissu, 1930

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s