Konferenza

Programm

NISTGĦU MA NIKTBUX IL-VERU?

9.00am Dr Bernard Micallef Kelmtejn ta’ merħba
9.10am Onor. Evarist Bartolo Xi d-dinja għandu x’jgħidilna Mamo llum?
9.20am Prof. Joe Friggieri Fil-Passjoni tax-Xjenza
Personalità Letterarja Kumplessa
9.30am Prof. Oliver Friggieri Juann Mamo: Ir-Rumanz bħala Proposta Soċjali
9.45am Dr Adrian Grima L-Estasi tal-Oratorija
10.00am Dr Immanuel Mifsud Fiċ-Ċingrufù
10.15am Anna Borg Cardona It-tradizzjoni tal-għana u d-daqq ta’ strumenti  fix-xogħlijiet ta’ Juann Mamo
Tħeġġiġa lill-Kittibin. Il-Poeżiji ta’ Juann Mamo
10.30am Saturnina Tonna Kumment dwar “Bikja ta’ Xebba”
10.45am Annalise Vassallo Ġabra u Analiżi Kritika tax-Xogħlijiet Poetiċi ta’ Juann Mamo
11.00am Diskussjoni miftuħa Imexxi Dr Mario Cassar
11.15am Waqfa għall-Kafè
Il-Lingwa ta’ Juann Mamo
11.30am Dr Immanuel Mifsud Fiċ-Ċingrufù
11.40am Prof. Manwel Mifsud Mamo Le. L-Għażla ta’ Triq Alternattiva għall-Iżvilupp tal-Ilsien Malti
11.55am Clifford Jo Zahra Juann Mamo: Lessikografu u Ħallieq
12.10pm Dr Michael Spagnol Id-dritt li tgħawweġ: Mamo u d-djalett
12.25pm Dr Albert Gatt Juann Mamo (in)traduċibbli: Noti fuq il-kirurġija plastika u l-letteratura
12.40pm Diskussjoni miftuħa Imexxi l-Prof. Albert Borg
12.55pm Waqfa għall-ikel
Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka
1.40pm Dr Immanuel Mifsud Fiċ-Ċingrufù
1.55pm Lara-Marie Cilia It-Tip Uman ta’ Mamo
2.10pm Dr Bernard Micallef Fejn in-Narratur ta’ Mamo ma Jirrakkontax
2.25pm Prof. Ivan Callus Ġrajja Kritika: Juann Mamo u dak li ma jinqarax
2.40pm Diskussjoni miftuħa Imexxi Dr Marco Galea
2.55pm Waqfa qasira
Personaġġi f’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta’ Juann Mamo
3.05pm Rev. Lawrenz E. Attard L-Emigrant Malti bejn l-1918 u l-1930 fil-Ħsieb ta’ Juann Mamo
3.20pm Dr Charles Scerri Juann Mamo u l-univers mediku-xjentifiku ta’ żmienu
3.35pm Dr Ing. John C. Betts Il-Frabka tan-Nanna Venut
3.50pm Prof. Raymond Mangion Flien minn ta’ Mamo
4.05pm Diskussjoni miftuħa Imexxi l-Prof. Henry Frendo
4.30pm Dr Adrian Grima Ringrazzjamenti u għeluq

KONFERENZA JUANN MAMO - Programm_sfond

KONFERENZA JUANN MAMO - Poster

FINALMAMOsmall

Is-Sibt, 26 ta’ Ottubru 2013, Valletta Campus, 8.45am – 5.00pm

uom

Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti qed jorganizza konferenza dwar l-awtur Malti Juann Mamo (1886-1941) li se ssir nhar is-Sibt, 26 ta’ Ottubru 2013 fl-Auditorium tal-Valletta Campus fi Triq San Pawl, il-Belt bejn id-8.45am u l-5.00pm.

Il-kelliema jinkludu studjużi minn għadd ta’ oqsma, fosthom il-letteratura, il-lingwa u l-lingwistika, l-inġinerija, il-mediċina, il-liġi, l-istorja tal-emigrazzjoni, u r-rappreżentazzjoni tat-tradizzjonijiet popolari.

3 books Juann Mamo_imcekken

MEDE_High_Res_EWS_Maltese-aIl-konferenza se tittella’ bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Din se tkun l-ewwel konferenza li qatt saret dwar dan l-awtur, studjuż u attivist kulturali straordinarju u se taħbat mal-pubblikazzjoni mill-SKS ta’ tliet kotba marbutin max-xogħol ta’ Juann Mamo u li fihom diversi membri tad-Dipartiment tal-Malti għandhom sehem ewlieni:

  • edizzjoni ġdida tar-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, ibbażata fuq l-edizzjoni oriġinali li ħarġet bħala faxxikli fl-1930-31 b’daħla kritika u tifsir il-kliem. L-editur huwa Adrian Grima u l-konsulent lingwistiku l-Prof. Manwel Mifsud. Taw sehemhom ukoll, fost l-oħrajn, Stefano Farrugia u Olvin Vella.
  • ktieb dwar għadd kbir ta’ personaġġi Maltin u barranin li jissemmew fir-rumanz, proġett ta’ Anton Cassar, b’riċerka minn Olivia Borg u Adrian Grima
  • ġabra kritika tal-poeżiji kollha ta’ Mamo minn Annalise Vassallo, gradwata tad-Dipartiment tal-Malti.
ulied_in-nanna_1930Il-frontispizju tal-1930-31 iddisinjat minn Alfred Gerada

L-editur ġenerali ta’ din is-sensiela huwa Dr Adrian Grima, li jgħallem il-letteratura Maltija fid-Dipartiment tal-Malti. Fost il-kelliema se jkun hemm ukoll il-Professur Manwel Mifsud, li kellu sehem kbir fix-xogħol li sar fuq l-edizzjoni l-ġdida tar-rumanz, u Oliver Friggieri, li kiteb l-ewwel xogħol kritiku importanti dwar Mamo u l-kitba tiegħu fl-1984. Se jitkellem ukoll Dr Bernard Micallef, il-Kap tad-Dipartiment. L-ismijiet tal-kelliema u s-suġġetti tal-interventi tagħhom jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.

Fid-dawl tal-fatt li Mamo kellu ħafna interessi, talenti u esperjenzi, u li dawn jidhru sew fil-poeżiji u fir-rumanz u l-personaġġi li jissemmew fih, il-Konferenza Juann Mamo għandha l-għan li tistħarreġ il-personalità letterarja ta’ Juann Mamo minn angoli differenti.

Kulħadd huwa mistieden jattendi din il-konferenza.

Juann Mamo

juann-mamo

Juann Mamo twieled Ħal Luqa fit-28 ta’ Settembru 1886 minn Pawlu Mamo u Marija Anna Camilleri, it-tnejn minn Ħal Luqa. Juann kien it-tielet wieħed fost ħames aħwa, ilkoll imwelldin fl-istess raħal. Il-familja Mamo, magħrufa bħala “Ta’ Klawdju,” kienet toqgħod fid-dar 64 Triq Brittanika (illum Triq Pawlu Magri).

Skont Oliver Friggieri, missieru kien bidwi u bennej, u lil ibnu kien jibagħtu jindokra t-tin u t-tin imqaddet, iżda t-tifel kien jagħtih lin-nies biex jeħles minnu u jintasab jistudja. Sa minn żgħożitu ħalla r-raħal u ftit li xejn kien jersaq ’l hemm.

Fil-bijografija tiegħu, Francis Galea jirrakkonta li Mamo qatta’ sitt snin il-ħabs, bejn l-1906 u l-1912, wara li spara żewġ tiri lejn bniedem, imma ma qatlux. Wara li ħareġ mill-ħabs, xandar l-ewwel kitba tiegħu f’Il-Bandiera tal-Maltin u ħareġ tliet poeżiji narrattivi twal, u fl-1914 emigra lejn l-Eġittu fejn għex sal-1921. Hemmhekk kien qrib, fost l-oħrajn, ta’ Manwel Dimech, l-imgħallem intellettwali tiegħu.

Fid-19 ta’ Mejju 1923 “Juann,” kif kien jiffirma ismu meta jikteb xogħol letterarju, ġurnalistiku jew ta’ studju, iżżewweġ lil Carmela Vella mill-Marsa fil-parroċċa tal-Marsa, u kellhom disat itfal, li minnhom għexu tlieta. Kien jgħammar fid-dar 51 (illum 118) Triq Azzopardi, il-Marsa.

Fit-28 ta’ April 1941, għall-ħabta tal-ħdax nieqsa kwart ta’ filgħodu Mamo nstab mejjet f’ċirkostanzi strambi b’“ħasda minn kustilji miksura” fuq il-blat magħruf bħala Il-Munqar, ħdejn Wied Babu, limiti taż-Żurrieq. Din is-sejba saret wara li kienu ilhom ifittxuh, għax naqas mid-dar, għal madwar sebat ijiem. Waħda mit-teoriji hi li waqa’ waqt li kien qiegħed ifittex xi ħxejjex mediċinali.

Ir-ritratt li jidher hawn fuq ittieħed mill-passaport ta’ Mamo. Għal bijografija ta’ Juann Mamo ara x-xogħol ta’ Francis Galea. (SKS, 2007).

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s