Inestasi

Ir-riċerkatur u kollega Mark Vella għadu kemm ġibidli l-attenzjoni għall-kelma “inestasi” f’reklam li Ray Calleja, f’rokna dwar Avvenimenti f’Bormla, tella’ fuq Facebook u li Vella rah fuq il-paġna Kelmet il-Malti.

Is-sens huwa differenti minn ta’ Juann Mamo, Mark. Fittixt fid-dizzjunarju ta’ Ġużè Aquilina u minn dak li sibt, naħseb li s-sens ta’ “inestasi” f’dan ir-reklam huwa dak tal-loppju: “Ecstasy, rapture; (iron.) absent-mindedness (in ~, completely absent-minded; hardly noticing what is going on around him; dak ir-raġel dejjem in~, that man is always absent-minded, he is always thinking about s.th. else; wool-gathering).”

Reklam inestasi.jpg

Dan l-użu ta’ “inestasi” huwa differenti minn dak ta’ Mamo fil-verb “jinestasi” f’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka għax hemmhekk is-sens huwa ta’ meta xi ħadd ikun fis-seba’ sema, meta xi ħadd ikun f’estasi. Qed jirreferi b’mod ironiku għal xi ħadd li jifraħ minħabba s-sbuħija tal-kliem. Fir-reklam li jidher hawn fuq, “inestasi” mhix qed tintuża b’mod ironiku. U hija nom mhux verb.

 


 

Advertisements